Futbol Sport

Juventus miżmuma minn Hellas Verona

(Ritratt: EPA)

Juventus naqsu milli jżidu l-pressjoni fuq it-timijiet tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika hekk kif fi Stadio M. A. Bentegodi kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Hellas Verona. CRISTIANO RONALDO fetaħ l-iskor għal Juventus fid-49 minuta wara li kkonkluda fuq pass ta’ Chiesa. Wara li kellhom l-appell tagħhom għal penalty miċħud, Verona ġabu l-iskor indaqs fit-78 minuta b’daqqa ta’ ras tajba ta’ ANTONIN BARAK li kkonkluda fuq cross ta’ Lazovic.

Lazio sofrew telfa mhux mistennija hekk kif kienu megħluba 2-0 minn Bologna. Ciro Immobile kellu ċ-ċans li jitfa’ lil Laio fil-vantaġġ fis-17 –il minuta iżda ra l-penalty tiegħu jkun salvat minn Skorupski, biex żewġ minuta wara IBRAHIMA MBAYE fetaħ l-iskor għal Bologna. It-tim ta’ Sinisa Mihajlovic għalaq il-partita fl-64 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ ta’ NICOLA SANSONE.

Rimonta fit-tieni taqsima salvat punt li lejn it-tmiem jista’ jkun kruċjali għal Parma hekk kif temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Spezia. YANN KARAMOH fetaħ l-iskor għal Speiza wara 17-il minuta. HERNANI rdoppja fil-25 minuta għal Spezia. Fid-39 minuta, il-gowl ta’ Giulio Maggiore għal Parma kien mħassar għal offside wara konsultazzjoni mal-VAR. Ir-rimonta ta’ Parma bdiet fit-52 minuta b’konklużjoni ta’ EMMANUEL GYASI, biex fit-72 minuta, l-istes GYASI għamilhom 2-2.

SERIE A
Illum:
Spezia v Parma 2-2, Bologna v Lazio 2-0, Verona v Juventus 1-1 Għada: Sampdoria v Atalanta 12.30pm, Crotone v Cagliari 3.00pm, Inter v Genoa 3.00pm, Udinese v Fiorentina 3.00pm, Napoli v Benevento 6.00pm, Roma v Milan 8.45pm