Internazzjonali

Kritika għad-deċiżjonijiet ta’ Joe Biden

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qed ikun ikkritikat minn diversi esperti għad-deċiżjonijiet riċenti li ħa biex jiżdiedu l-bumbardamenti strateġiċi fis-Sirja.

Dan wara li, waqt konferenza fi Munich, iddikjara li wara l-amministrazzjoni ta’ Trump, l-Istati Uniti se tiffoka aktar fuq id-diplomazijja u mhux fuq l-atti militari.

Madankollu, dan ma waqqafx lill-Amministrazzjoni ta’ Biden milli tiddikjara kampanja ta’ żieda ta’ attakki fuq faċilitajiet fil-Lvant tas-Sirja, bl-għan li l-Istati Uniti twassal il-messaġġ li lesta tuża’ l-forza massima tagħha jekk is-Sirja tweġġa’ lit-truppi tagħha u l-Iran ma tirritornax lura għall-Ftehim Nuklejari Internazzjonali.