Futbol Sport Sport Ieħor

L-MFA parti mit-twaqqif ta’ awtorità għall-integrita fl-isport Malti

(Ritratt: Domenic Aquilina)

L-MFA se tkun parti mit-twaqqif ta’ awtorità għall-integrità fl-isport Malti, bil-President tal-MFA Bjron Vassallo enfasizza l-importanza li jinġibed ħabel wieħed sabiex tkun protetta l-integrità fl-isport Malti. Hu kien qed jitkellem waqt Konsultazzjoni Pubblika li saret dwar it-twaqqif ta’ din l-awtorità fis-Centenary Hall f’Ta’ Qali.

Vassallo qal li l-MFA qed tkun fuq quddiem sabiex tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport u ssaħħaħ l-istrutturi tal-integrità u l-proċeduri fl-isport Malti.

“Meta l-Eżekuttiv tal-MFA approva t-twaqqif ta’ Task Force b’esperti kontra l-Korruzzjoni u favur it-Trasparenza, l-MFA bdiet proċess fit-tul sabiex tkun tista’ tiddjaloga mal-istake holder kollha fuq tliet prinċipji importanti li huma l-edukazzjoni u l-prevenzzjoni, il-legalizzazzjoni u r-regolarizzazzjoni kif ukoll is-saħħa sabiex tinvestiga,” żied jgħid Vassallo.

Din il-konferenza kienet ukoll indirizzata mill-President tal-MBA Paul Sultana u l-President tal-ASA Joe Caruana Curran.