Lokali Qorti

Libjan mixli fuq każ ta’ ħtif ta’ mara, issa akkużat li pprova jikkorompi xhud mill-ħabs

Maher Elemetni, Libjan ta’ 43 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li waqt li qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ttanta jikkorompi xhud importati f’każ li huwa jinsab mixli fih, dik li flimkien ma’ żewġ persuni oħra ħataf mara mil-Libanu.

Elemetni qed jiġi akkużat li bejn l-aħħar ta’ Novembru u aktar kmieni dan ix-xahar huwa pprova jagħmel kuntatt ma’ persuna li hija xhud importanti fil-każ tiegħu. Dan billi qabbad ukoll priġunieri oħra jagħmlu kuntatt mal-persuna.

Fit-30 ta’ Novembru Maher Elemetni u s-sieħba tiegħu żagħżugħa Maltija ta’ 22 sena u Libjan ieħor bl-isem ta’ Osama Ali Amosh ta’ 36 sena kienu ġew mixlija fuq każ ta’ ħtif ta’ Lebaniża u kienu nżammu arresatati u ttieħdu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom.

Il-vittma kienet inħatfet minn karozza u wara li nstabet din spiċċat l-isptar b’xokk. L-Avukati Franco Debono, Francesca Zarb u Mario Mifsud li deheru għall-akkużat ma għamlux talba għal libertà proviżorja tal-akkużat u ddikjaraw li l-klijent tagħhom mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih, inkluż dik tar-reċidiva.

Wara li t-tliet xhur ilu kienu tressqu Elemetni u Ali Amosh, b’mod separat tressqet ukoll Caroline Debrincat ta’ 22 sena minn San Pawl il-Baħar li fi tmiem is-seduta qajjmet kommozzjoni sħiħa fl-awla tal-Qorti billi bdiet tindirizza lill-Prosekuzzjoni bħala ‘ġiddieba u żibel.’

L-Ispettur John Spiteri li flimkien mal-Ispetturi Stephen Gulia u Jessica Bezzina kienu qalu li dan il-każ idur kollu ma’ flus li kellu jagħti t-tifel tal-mara Lebaniża ta’ 50 sena li spiċċat maħtufa.

Qalu li l-mara spiċċat sekwestrata f’dar ġewwa San Pawl il-Baħar fejn toqgħod Debrincat. Dwar l-allegat korruzzjoni ta’ xhud, il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Stephen Gulia.