Futbol Sport

Magħrufa s-semifinalisti tal-play-offs tal-Amateur League

Matul il-jum tas-Sibt saru magħrufa s-semifinalista tal-play-offs għall-promozzjoni tal-Amamteur League.

Rabat Ajax għelbu b’gowl uniku lil Msida St. Joseph, bil-gowl deċiżiv ta’ Rabat jasal fid-39 minuta u kien skorjat minn ADAM SMEIR.

Kirkop United għelbu lil Żurrieq 2-1. Kienu Żurrieq li fetħu l-iskor fl-44 minuta permezz ta’ DANIEL DEBONO. Kirkop wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u dawwru l-partita favur tagħhom b’żewġ gowls ta’ KENNETH EKEZIE.

Attard għelbu lil Xgħajra Tornados 4-3 bil-penalties wara li sal-120 minuta, l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. ALLA BLEDI tefa’ lil Attard fil-vantaġġ fil-55 minuta filwaqt li OWEN ANYASO ġab l-iskor indaqs tliet minuti wara.

Marsaskala wkoll kisbu post fis-semifinali wara li għelbu lil Siġġiewi 2-1. ANTHONY EWURUM fetaħ l-iskor wara kwarta logħob filwaqt li NICHOLAS ZAMMIT għamilhom 2-0 fit-32 minuta. EMMANUEL MBONG naqqas l-iskor tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima/

Draw fl-ewwel konfront mill-Amateur League championship play-offs

Fl-ewwel partita mill-BOV National Amateur League championship play-offs, Mġarr United u Melita temmew fi draw ta’ 1-1. GORDON SALIBA tefa’ lil Mġarr fil-vantaġġ fid-29 minuta, b’TOBIAS TERPOUGOFF iġib l-iskor indaqs għal Melita fid-59 minuta. Nhar it-Tlieta Luqa St. Andrew’s jilgħabu kontra Mġarr United filwaqt li s-Sibt, Luqa jilgħabu kotnra Melita.

BOV AMATEUR LEAGUE

SEMIFINALI PLAY-OFFS: L-Erbgħa: Centenary Stadium: Attard v Kirkop United 8.30pm Victor Tedesco Stadium: Rabat Ajax v Marsaskala 8.30pm