Lokali

Messaġġi Kunflinġenti minn Chris Fearne

Messaġġi kunflinġenti mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien intervistat minn Reno Bugeja waqt ‘Reno Bugeja jistaqsi”

F’diversi mumenti ta’ din l-intervista Chris Fearne tenna li din il-pandemija ser tgħaddi malajr issa li qed jitlaqqmu in-nies filwaqt li m’aħniex il-bogħod milli nibdew naslu lejn in-normalita…

Iżda ftit wara jistqarr li dan mhux se jsir dan ix-xahar jew fil-ftit xhur li ġejjien…

Chris Fearne tkellem ukoll dwar il-varjanti tal-covid-19 li stqarr li qed jinkwetawh. Saħaq li minkejja li rridu noqgħodu attenti li dawn ma jinfirxux… il-varjanti xorta waħda jinfirxu b’mod faċli u għalkemm nistgħu nittardjaw il-firxa tiegħu, xorta waħda bħall ma nfirex il-covid… dawn jinfirxu wkoll. Fearne m’eskludix li jkun hawn varjanti oħrajn apparti dak tal-Ingilterra kif ukoll tal-Afrika t’Isfel.

Mistoqsi dwar iż-żieda fin-numri… Fearne stqarr li “n-nies għejjew u irrilaxxaw ftit”

Chris Fearne saħaq li tul din l-aħħar ġimgħa… huwa żar it-taqsima tal-kura intensiva fejn persuna waħda biss għandha iktar minn 80 sena… dan ifisser li fit-taqsima tal-kura intensiva hemm diversi persuni iżgħar minn 80 sena.

Fl-aħħar tal-intervista… Fearne saħaq li diversi appuntamenti fl-Isptar Mater Dei ittardjaw filwaqt li l-waiting list tal-operazzjonijiet żdiedet.

Tags