Sport Waterpolo

Rebħa faċli għal Sliema

Stewart Said

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 4

SLIEMA FRANK SALT………….. 16

(0-5), (3-3), (1-4), (0-4)

Sliema bdew l-Enemed Cup bl-aħjar mod possibbli b’rebħa kontra Birżebbuġa biex fil-fażi li jmiss jistennew ir-rebbieħ tal-konfront bejn Exiles u Marsaskala. Birżebbuġa fuq in-naħa l-oħra jilagħbu kontra Marsaxlokk, bit-tellief minnhom ikun eliminat mill-kompetizzjoni.

Is-Slimiżi qatt ma ħarsu lura wara l-bidu li kellhom. Huma skorjaw ħames gowls mingħajr risposta u bdew itemmu l-azzjonijiet tagħhom b’xutt aktar faċilment mill-avversarji.

Birżebbuġa bdew ibatu biex ikunu ta’ theddida għal Miguel Vassallo u kellhom jistennew sa kważi nofs it-tieni sessjoni biex sabu x-xibka. It-tim ta’ Pierre saħansitra skorja tliet gowls konsekuttivi minn David Pace Lupi, Simon Vassallo u David Cutajar.

Iżda Sliema reġgħu żiedu fil-kwalità ta’ logħob, kabbru l-vantaġġ għal 11-3 u sussegwentament għal 12-4 biex fl-aħħar sessjoni komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà.

Protagonist għas-Slimiżi kien is-centre veteran John Brownrigg li kien fost l-aktar preċiżi quddiem il-lasta. Fatt interessanti hu li b’kollox skorjaw tmien plejers differenti għal Sliema.

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, D. Pace Lupi (2), K. Camilleri, P. Serracino, S. Vassallo (1), D. Cutajar (1), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, L. Abela, B. Grech, G. Sammut

Sliema: M. Vassallo, M. Mifsud (2), L. Galea (2), M. Demarco, M. Meli (1), B. Cachia (3), N. Schiavone (1), J. Cutajar (1), J. Brownrigg (4), K. Borg, Z. Mizzi (2), R. Greco, A. Theuma, D. Rizzo, J. Saliba

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri