Rugby Sport

Wales jegħlbu lill-Ingilterra fis-Six Nations

(Ritratt: EPA)

Wales kisbu t-Triple Crown meta fil-Principality Stadium għelbu lil Ingilterra 40-24 biex b’hekk saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika tas-Six Nations. Din kienet it-tieni telfa minn tliet partiti għall-Ingilterra

Tries kontroversjali minn Josh Adams u Liam Williams għenu lil Wales jiftħu vantaġġ ta’ 17-14 fi tmiem l-ewwel taqsima b’Anthony Watson inaqqas id-distakk għall-Ingilterra. Kieran Hardy u Ben Youngs rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs iżda try ta’ Cory Hill tat rebħa lil Wales.

SIX NATIONS

Illum: Italja v Irlanda 10-48, Wales v Ingilterra 40-24