Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa tas-sena għal Amour Du Loup fi klassi Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, ilbieraħ waqt ir-raba’ laqgħa tas-sena, ingħata bidu għall-ewwel kampjonat tal-istaġun 2021. Dan huwa l-kampjonat għal żwiemel tal-klassi Assikura, għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140 metru. B’kollox saru tmien heats minn dan il-kampjonat li minnhom 32 żiemel għaddew għas-semifinali. Barra dawn il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640 metru u li ntrebħet minn Amour Du Loup u Noel Baldacchino.

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Vangiskan Scott (Anton Cassar) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq li ppermettilu jiftaħ vantaġġ zgħir minn Liam Dana (Charles Camilleri) u mid-debuttant Casanaova Du Corta (Cliferty Calleja). Madankollu 600 metru mit-tmiem, Vangiskan Scott beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Amour Du Loup (Noel Baldacchino) li żamm il-kmand sal-linja finali biex ħa l-ewwel rebħa staġjonali b’tul minn Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Liam Dana (Charles Camilleri). Alcibiade (Patrick Spiteri) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.16.9” fil-kilometru.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fan De L’Iton (J. Attard) Ħin – 2.47.9” (1.18.4”) 2. Fan Flony (M. Spiteri) 3. Gaz Heuvelland (P. Galea) 4. Devil Boko (R. Gatt)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Andrerafilou (P. Galea) Ħin – 2.48” (1.18.5”) 2. Greatandeasy C.C. (J. Muscat) 3. Flash Du Rabutin (N. Baldacchino) 4. Cap Des Granges (A. Farrugia)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dieu d’Occagnes (P. Galea) Ħin – 2.47.3” (1.18.2”)  2. Albatros Rainbow (J. Buttigieg) 3. Mundus L.N. (N. Baldacchino) 4. Artiste d’Alice (R. Magro)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Falcon Du Hamel (M. Debono) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Aden (D. Gatt) 3. Black Is Black (V. Ghigo) 4. General De L’Isac (P. Galea)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Deaking Vea (M. Ellul) 3. Adamantin Louki (P. Galea) 4. Finley Codie (R. Gatt)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Divonne (S. Grixti) Ħin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Dicsou Montaval (J. Briffa) 3. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 4. Diego JYL (J. Zahra)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Amour Du Loup (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.1” (1.16.9”) 2. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) 3. Liam Dana (C. Camilleri) 4. Alcibiade ( P. Spiteri)

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Djoko Des Tithais (R. Gatt) Ħin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Fifine (N. Baldacchino) 3. Optimus M.M. (C. Borg) 4. Beau Favori (P. Galea)

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Eliak Picken (Sh. Portelli) Ħin – 2.48.1” (1.18.6”) 2. Blister Jibi (P. Galea) 3. Bolide d’Azur (J. Said) 4. Valawi (M. Falzon)