Lokali

Diversi vulnerabbli għadhom qed jistennew l-ittra għall-vaċċin

Sentiment ta’ rabja fost diversi nies, speċjalment nies vulnerabbli li għadhom ma rċivewx l-ittra sabiex imorru jieħdu il-vaċċin kontra l-COVID-19.

Persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li f’Mater Dei inlemħu nies li m’humiex vulnerabbli sabiex jieħdu il-vaċċin. L-istess nies li tkellmu magħna qalulna li jinsabu ddispjaċuti li qed jiġu minsija nies li verament għandhom bżonn il-vaċċin minħabba li huma vulnerabbli.

Persuna oħra li tkelmet magħna stqarret li qed jingħajtu diversi nies f’daqqa sabiex jieħdu il-vaċċin u għalhekk fl-Isptar Mater Dei qed ikun hemm kjuwijiet twal ta’ nies.. li ħafna minnhom huma nies vulnerabbli u li ma jifilħux joqgħodu bilwieqfa jistennew fi kju għal tul ta’ ħin.