It-tennista Maltija, Francesca Curmi ġiet megħluba fil-finali tal-ITF Montasir fit-Tuneżija, kontra il-Pollakka Weronika Falkowska.
Il-Maltija ta’ 18-il sena, kienet viċin li tirbaħ l-ewwel unur tagħha wara ġimgħa ta’riżultati pożittivi, b’rebħiet konvinċenti kontra Olga Gavirila u t-top seed Risa Ushijima, fil-kwarti finali u s-semi finali rispettivment.
Madanakollu fil-finali Falkowska, li hija fis-726 post Rankings tad-WTA Tour, kienet superjuri wisq għal Curmi u għelbitha 6-2 6-0.
//= $special ?>