Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem jemmen li għandha ssir ġustizzja” – Josephine Xuereb

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem jemmen li għandha ssir ġustizzja.. sabiex pajjiżna jerġa’ jieħu ir-reputazzjoni li kellu qabel qabel”. Stqarret dan Josephine Xuereb kandidata ġdida fis-7 u t-13-il distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Hija stqarret li fil-Partit Nazzjonalista tara partit li jridek taħdem vera miegħu u li ma jagħtix kas minn fejn inti ġejja. Kulma jitlob mingħandek il-Partit Nazzjonalista huwa li jara li inti tħares lejn il-Politika bħala xi ħaġa ta’ rieda tajba.

Il-Partit Nazzjonalista jrid paġna ġdida għall-pajjiżna.. paġna mingħajr korruzzjoni. Irridu ngħinu lil kulħadd speċjalment l-aktar li għandhom bżonn u mhux nkomplu ngħakksuhom.

Josephine Xuereb stqarret li trid tara li tingħata aktar importanza lin-nisa fis-soċjeta, koppji li għaddejjin bi problemi ta’ infertilita, addozzjoni, titjib fil-kwalita’ tal-ħajja tal-anzjani.. anzjani li ħaqqhom igawdu ħajja diċenti.

Finalment, hija tkelmet ukoll dwar dawk il-problemi li qed jintesew minħabba l-COVID-19 fosthom appuntamenti tal-isptar.