Futbol Sport

Imut l-eks kowċ ta’ West Ham u Newcastle, Glenn Roeder

Tħabbret il-mewt tal-eks kowċ ta’ West Ham, Newcastle u Watford Glenn Roeder, wara li tilef il-battalja tiegħu mal-marda tal-kanċer.

L-eks kowċ miet fl-eta’ ta’ 65 sena wara li kellu tumur f’moħħu. Fi stqarrija, il-League Manager’s Association qalet li Roeder kien kowċ irrispettat f’ kull klabb li kien imexxi fosthom Gillingham, Watford, West Ham, Newcastle u Norwich, wara li kien ukoll kowċ taħt il-kowċ Glenn Hoddle mat-tim nazzjonali Ingliż.

L-Assoċjazzjoni stqarret li d-dinja tal-futbol tilfet persuna dedikata għal-logħba tal-futbol, filwaqt li esprimiet id-dispjaċir tagħhom lejn it-telfa ta’ Roeder.