Internazzjonali Lokali Saħħa

Ir-rata tal-infezzjonijiet fir-Renju Unit niżlu sew – bejn 50 u 70 kull nofs miljun ruħ

Ir-rata tal-infezzjonijiet fir-Renju Unit nieżla ġmielha minkejja li l-varjant Ingliż li huwa meqjus li jittieħed aktar malajr. Ir-Renju Unit irrapporta s-Sibt, 7,434 każ ġdid ta’ Covid-19 f’popolazzjoni li taqbeż is-68 miljun ruħ fejn diġa tlaqqmu terz tal-popolazzjoni.

Dan ifisser għal kull 100,000 persuni hemm 10 persuni nfettati jew 50 għall-popolazzjoni ta’ nofs miljun, il-popolazzjoni ta’ Malta. Ikumparat ma’ pajjiżna l-kontroll fir-Renju Unit huwa ferm aħjar minn ta’ Malta li kuljum qed tinqabeż iċ-ċifra ta’ 200 kuljum.

Fl-aħħar ġimgħa sħiħa fir-Renju Unit kien hemm 68,844 infettati, li jfisser medja ta’ 9,834 kuljum jew 73 infettati ġodda għal kull 500,000 persuna. Dan is-suċċess huwa aktar sinifikant peress li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu fost l-agħar fl-Ewropa bħala rara ta’ infezzjonijiet.

Aktar minn 20 miljun persuna fir-Renju Unit sa issa ħadu l-ewwel doża tagħhom tal-vaċċin kontra l-Coronavirus żieda ta’ aktar minn nofs miljun kuljum. Sadanittant, in-numru ta’ nies li kellhom it-tieni doża tagħhom tela’ għal 768,810.

Il-Gvern qed jimmira li joffri l-vaċċin lill-adulti kollha sal-aħħar ta’ Lulju. Il-mira li jmiss hija li toffri l-ewwel doża lil dawk kollha ‘l fuq minn 50 sena sal-15 ta’ April. Għad m’hemm l-ebda pjan għat-tilqim tat-tfal, għalkemm ġew imħabbra provi biex isir testjar tat-tilqima tal-Università ta’ Oxford fuq it-tfal.

Fi tweet nhar is-Sibt, is-Segretarju għas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qal li kien “kuntent” bl-aħħar ċifri. “Ir-roll-out tal-vaċċin juri dak li nistgħu niksbu meta naħdmu flimkien,” huwa qal.