Lokali

“Irridu nibqgħu il-vuċi soda tagħkom” – David Agius

“Irridu nibqgħu il-vuċi soda tagħkom” – Kliem Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius.

Huwa stqarr li għandna Gvern li jinsab mitluf f’ħafna affarijiet fosthom ġlied intern filwaqt li minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista jinsab magħqud jaħdem sabiex jibqa’ joħroġ bi proposti konkreti.

Il-Partit Nazzjonalista qed jagħti widen lill-familji Maltin u Għawdxin filwaqt li minn naħa l-oħra il-Partit Laburista qed jgħejja u jinxef mill-ideat tiegħu. Dan rajnih ċar mill-pandemija… fejn rajna Gvern insensittiv u jibqa’ għaddej bħal romblu.

David Agius saħaq li rridu nkomplu nuru li aħna mħejjijin biex inkunu Gvern alternattiv u li lesti nkomplu nirbħu il-fiduċja tan-nies. Irridu nsaħħu dak li hu tajjeb u nibdlu dak li hu ħażin. In-nies għandhom aspettattivi għoljin tal-Partit Nazzjonalista għalhekk irridu nkomplu ningħaqdu nissaħħu.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li fl-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista kellu diversi laqgħat sabiex ikompli jaħdem u jiddiskuti affarijiet bħar-riforma tal-penzjonijiet, l-faqar, il-qasam tat-tfal, politika nazzjonali dwar id-droga, persuna b’diżabilita’.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li kulħadd għandu dmir li jimxi id f’id flimkien sabiex finalment flimkien nilħqu l-quċċata tat-tela’. Huwa saħaq li jekk quddiem għajnejna jkollna d-destinazzjoni u nibqgħu magħqudin, kulhadd flimkien, ufficjali, kandidati, Grupp Parlamentari, ilkoll flimkien niġbdu ħabel wieħed, bit-tmexxija tal-Kap Bernard Grech… jirnexxilna naslu għas-sodisfazzjon tal-quċċata. Il-quċċata mhix biss jew sempliċiment rebħa elettorali, iżda hija li nagħtu lil pajjiżna l-gvern li jixraqlu, ir-reputazzjoni li jistħoqqlu fl-Ewropa u mad-dinja, u li niżguraw is-serħan il-moħħ lill-poplu tagħna.

Flimkien, vuċi waħda, ilkoll nkomplu niġbdu ħabel wieħed….. ilkoll wara bandiera waħda…. Ilkoll qiegħdin wara kap wiehed…. biex noffru lil poplu malti l-aqwa politika… li biha imorru għal elezzjoni ġenerali… tiġi meta tiġi….. il-ħidma hi kbira….. irridu nkomplu naħdmu bla heda u mingħajr biża u jien ċert li dan ser jwassalna biex għal darb’ohra nkunu l-għażla awtomatika tal-poplu malti