Coronavirus Lokali Saħħa

“Is-saħħa u l-ħajja tan-nies huma prijorità assoluta għall-PN” – Bernard Grech

“Fejn tidħol is-saħħa u l-ħajja tan-nies, mhux accettabbli li jkollok Gvern li ma jkunx trasparenti”

Fid-diskors tiegħu f’Ħaż-Żabbar il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li s-sitwazzjoni tal-pandemija, fl-aħħar jiem qed turina stampa li hija lil hinn minn dak li qed jipprova jpinġi l-Gvern, dan għaliex kienet reġistrata żieda sostanzjali fil-każi pożittivi.

Apparti dan, il-kjuwijiet twal ta’ persuni biex jieħdu l-vaccin juri wkoll in-nuqqas ta’ preparazzjoni biex ir-roll out isir b’mod organizzat u trasparenti

Bernard Greh qal li fid-dawl ta’ dan kollu n-nies mhux tafda kull ma tisma’ fejn elenka numru ta’ raġunijiet għala l-poplu qed jitlef il-fiduċja tiegħu fi-lmod ta’ kif il-Gvern qed imexxi s-sitwazzjoni tal-pandemija. Fosthom li bosta anzjani ta’ l fuq minn 80 sena għadhom ma ngħatawx il-vaċċin, u li hemm numru ta’ persuni li jaħdmu fl-amministrqaxxjoni ta’ entitajiet tal-Gvern li ħadu l-vaċċin wara li ġew preferuti.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Gvern għandu l-obbligu li jserraħ ras il-poplu billi jagħti tama u stabbilità ekonomika, u għalhekk il-Gvern għandu jippublika l-pjan tar-roll out u jkun ċar pass, pass x’qed jiġri. Bernard Grech qal li huwa evidenti li n-numru ta’ infezzjonijiet bil-Covid-19 qed jibqgħu għoljin ħafna u dan ifisser aktar strapazz fuq is-sistema tas-seħħa, fuq il-frontliner u fuq kollox fuq il-pazjenti kollha.