Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Ritratti : Uffiċċju tal-Komunikazzjoni - Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel Franċiż ta’ 27 sena safa’ milqut minn vettura Peugeot misjuqa minn raġel Taljan ta’ 47 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 27 sena l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.