Sport Sport Ieħor

Jitħabbar il-kontinġent Malti li se jmur is-Slovakia fil-5 ta’ Marzu

(Ritratt: ASA / Abby Bonello)

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Aquatic Sports ħabbret l-għawwiema li se jkunu parti mill-kontinġent Malti li se jmur Samorin, is-Slovakia, għal Grand Prix bejn il-5 u s-7 ta’ Marzu.

L-atleti magħżula mill kowċ nazzjonali Artem Goncharenko, huma kollha atleti prospettivi għal-Logħob tal-Pajjiżi iż-Żgħar li se jsiru f’Malta fl-2023.

L-atleti tal-kontinġent Malti; M.Azzopardi (Sirens), D.Cachia (Sliema), L.Ellul Sullivan (Sliema), F.Falzon Young (Sirens), M.Galea (Sliema), S.Gatt (Sirens), E.Grech Carr (Sliema), A.Mallia (Sirens), S.Mallia (Sliema), A.Micallef (Sirens), N.Muscat (Sirens), M.Portelli (Sliema), R.Spiteri (Sirens), M.Stafrace (Sliema), S.Wareing (Sliema), T.Wareing (Sliema).

Il-kowċ nazzjonali Malti Artem Goncharenko se jkun assistit mill-kowċis Delon Dannhauser u Stan Catalin.