Coronavirus Lokali Saħħa

L-UE se tapprova r-raba’ vaċċin fil-11 ta’ Marzu

Ix-xahar ta’ Marzu għandu jimmarka l-wasla tar-raba’ vaċċin għal kontra l-Covid-19. Dan wara sena li ħalliet marka enormi mhux biss fuq Malta iżda bla dubju fuq il-kontinent kollu u l-kumplament tad-dinja.

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini mistennija tapprova l-vaċċin tal-kumpanija Johnson&Johnson fil-11 ta’ Marzu li ġej. Biex iżattament wara jibda mal-ewwel jitqassam fil-pajjiżi membri tal-UE, inkluż Malta.

Intant fl-Italja dalgħodu qamet kontroversja enormi wara xeni ta’ folol ta’ nies li dehru miġbura flimkien f’partijiet differenti ta’ Milan.

Minkejja li l-pajjiż għadu qed jaffaċja l-effetti devastanti tal-Coronavirus, jidher li huma bosta dawk li mhux jagħtu kas tas-sitwazzjoni preżenti fid-diversi reġjuni Taljani.