Sport Sport Ieħor

Marc James u Bernard Vassallo fi Sport Extra

llum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 18 mis- serje SPORT EXTRA . Fl-ewwel parti tal-programm enfażi fuq il-mod kif il-pandemija tal-Covid-19 affettwat lil boxing lokali u fl-istess waqt l-iżvilupp kostanti li sar f’dan l-isport. Intervista mal-President tal-Malta Boxing Association MARC JAMES li matulħa mhux biss spjega dak li qed iseħħ fi ħdan l-assoċjazzjoni iżda dwar l-isfidi għal futur immedjat.
Fit-tieni parti fir-rubrika ‘Ħajja fl-isport’ il-protagonista huwa r-referee
internazzjonali tal-basketball BERNARD VASSALLO. Intervista li matulha
mhux biss tagħrif b’rabta mal-karriera iżda wkoll b’enfażi għal basketball u l- mod kif inbidlet il-logħoba matul l-aħħar snin.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli
b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana