Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:10pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kummerċ, l-Imrieħel.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 37 sena li jgħix il-Fgura kien qed isuq vettura Toyota u ħabat ġo roundabout.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>