Dalgħodu seħħ inċident fi Triq San Ġwann Tuxa f’Bormla li fih weġġgħu żewġ persuni fejn kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Skont informazzjoni li kiseb Net News, is-sewwieq tal-mutur li għandu 27 sena u jgħix Bromla, għandu ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun, li kienet passiġġiera fuq il-mutur, hija waħda tajba.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, mill-informazzjoni li ġabret il-pulizija s’issa, jidher li għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur qabel seħħ dan l-inċident.
//= $special ?>