Matthias Mizzi
Senglea…………………..1
Valletta………………….3
Senglea Athletic: M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela, F. Gnindokponou, R. Song, I. Misan, A. Scicluna, J. Dibola, D. Kukic, D. Xuereb
Valletta: Y. Cini, R. Caruana, T. Caruana, S. Malano (64’ R. Fenech), M. Picciolo, S.Dimech (87’ K. Fenech), E. Beltre, E. Sala (64’ S. Mckay), L. Aguirre, I. Maric, M. Fontanella (77’ R. Tonna)
Imwissija: SGL: 27’ I. Misan, 48’ J. Dibola, 64’ S. Uyi VLT: 55’ I. Maric
Skorjaw: SGL: 85’ D. Xuereb VLT: 17’ L. Aguirre, 23’ S. Dimech
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Luke Portelli & Darko Stankovic
Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann
BOV Plejer Tal-Logħba: Shaun Dimech (Valletta)
Din il-partita kienet waħda storika u sentimentali ferm għall-ikona ta’ Valletta, Gilbert Agius fejn huwa assista lill-kowċ Jose Cardos Mendes għall-aħħar darba. Agius issa se jokkupa kariga importanti oħra bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena. B’hekk huwa se jkollu jħalli l-klabb tal-kapitali wara 31 sena.
Mill-ewwel minuti Valletta dehru li kienu aktar determinanti mill-avversarji biex jirbħu dan il-konfront. Fis-17-il minuta, Leonardo Aguirre fetaħ l-iskor permezz ta’ xutt angolat fil-baxx wara li d-difiża ta’ Senglea żbaljat waqt li leħħiet il-periklu minn corner. Proprju ħames minuti wara Shaun Dimech irdoppja l-iskor mill-viċin.
Valletta reġgħu ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima biex wara biss żewġ minuti logħob Dimech għaqqad id-doppjetta personali tiegħu b’konklużjoni fil-baxx li rċieva minn cross. Wara dan il-gowl, Valletta dehru li naqsu xi ftit l-intesità tal-logħba daqslikieku serħu rashom mir-rebħa. Riżultat ta’ dan fil-85 minut Senglea skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni. B’hekk Valletta issiġillaw rebħa ta’ 3-1 u tliet punti kruċjali għalihom.
//= $special ?>