Lokali

Rekord ieħor fi ftit jiem; 263 każ ġdid ta’ COVID-19

Fl-aħħar sigħat kompliet toħroġ biċ-ċar kemm is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna għadha waħda serja, tant li f’Malta u f’Għawdex reġa’ ġie reġistrat rekord ta’ każi ġodda f’24 siegħa.

Wara li fl-aħħar jiem rajna 258 każ f’ġurnata, illum il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 263 każ ġdid ta’ Coronavirus. Dan filwaqt li fiequ 192 persuna.

L-Awtoritajiet ħabbru li l-imwiet tal-pandemija issa telgħu għal 315 meta fl-aħħar sigħat mietu żewġ irġiel ta’ 57 u 76 sena rispettivament.

Il-każi attivi tal-virus bħalissa jammontaw għal 2,720.