Skont l-MCA Market Trends Report ippubblikat f’Jannar tal-2021 (DRS Q32020), Malta għandha 383,000 klijent li jużaw is-sistema tat-top-up għas-servizz tal-mobile tagħhom. L-istess rapport jgħid li l-klijenti jonfqu medja ta’ €15 fix-xahar. Riċentament, Epic ħabbret il-Value Pack, li għall-prezz ta’ €9.99 jipprovdi d-doppju fejn jidħlu SMS, minuti u data minn pakketti oħrajn fis-suq.
Epic temmen li kulħadd għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għal konnessjona tajba u dan il-pakkett huwa prova li wieħed m’għandux bżonn iħallas flejjes kbar biex jikseb servizz tal-mobile li jakkomoda l-bżonnijiet tiegħu. Il-klijenti tal-mobile f’Malta li jiksbu s-servizz tagħhom permezz ta’ top-up, tipikament ikollhom jagħżlu bejn bundles ikkumplikati li ma jagħtuhomx il-massimu li jistgħu jieħdu għall-kreditu li jħallsu. Il-maġġoranza tal-pakketti jwasslu lill-klijenti biex jagħżlu bejn data, minuti u SMS u b’hekk ma jilħqux ir-rekwiżiti kollha tal-klijent. Mingħajr ma jafu, il-klijenti jispiċċaw iħallsu rati aktar għolja meta jċemplu lil xi ħadd li jinsab fuq network oħra.
S’issa, għal €9.99, dawk li jagħżlu l-Value Plan ta’ Epic jiksbu 8GB ta’ data, 200 minuta f’telefonati u 200 SMS lin-numri kollha lokali. Dan huwa valur doppju meta kkumparat ma’ dak li kienu qed jieħdu klijenti oħrajn f’Malta. Il-Value Plan qed ikun offrut kemm għal min hu klijent ta’ Epic, kif ukoll għal klijenti ġodda.

“Epic tassigura li toffri konnettività għal prezzijiet raġjonevoli. Aħna konxji li din hija bidla għall-klijenti eżistenti u futuri. Dan jippermetti li noffru prezzijiet kompetittivi għall-klijenti kurrenti u prospettivi,” qal Karl Galea, Chief Marketing Officer ta’ Epic.
“Grazzi għat-tim ta’ Epic, li qed jaħdem b’mod sħiħ biex itejjeb u jkabbar is-sistemi inkluż il-mobile app u l-website, irnexxielna noffru pakketti li joffru valur doppju u li huma kompetittivi mhux biss internament, iżda wkoll esternament, għall-klijenti tagħna. Dan ifisser li meta persuna tkun klijent ta’ Epic, qed jirnexxiela tiffranka flus kull xahar filwaqt li tikseb valur doppju meta kkumparat mal-kompetizzjoni. Dan huwa dak li rridu nfissru meta ngħidu ‘great network, great value’,” concluded Tamas Banyai, CEO of Epic.
Għal aktar informazzjoni, żur https://www.epic.com.mt/value/
//= $special ?>