Futbol Sport

Arrestat l-eks President ta’ Barcelona

Josep Maria Bartomeu president of FC Barcelona during the presentation of Quique Setien as a new coach of FC Barcelona with contract till 30th of June of 2022 at Camp Nou Stadium on January 14, 2020 in Barcelona, Spain. (Photo by Xavier Bonilla/NurPhoto via Getty Images)

L-eks president ta’ Barcelona Josep Maria Bartomeu ġie arrestat bħala parti minn investigazzjoni tal-pulizija dwar l-iskandlu magħruf bħala ‘ BarcaGate’. Bartomeu, li rriżenja minn president f’Ottubru 2020 , kien fost dawk arrestati sitt ijiem biss qabel l-elezzjoni għal president ġdid ta’ Barcelona li għandha ssir nħar il-Ħadd.

Il-kap eżekuttiv attwali ta’ Barcelona Oscar Grau, il-kap tas-servizzi legali Roma Gomez Ponti u l-konsulent ta’ Bartomeu Jaume Masferrer ġew arrestati wkoll mill-pulizija ta’ Katalunja wara rejd li sar fl-uffiċini tal-klabb. Huma qed jinżammu arrestati bħala parti mill-operazzjoni li saret. Fi stqarrija tal-klabb kien ikkonfermat li l-operazzjoni li tmexxiet minn uffiċjali mill-unità tar-reati finanzjarji , hija b’rabta mal-kontroversja tas-sena l-oħra ‘BarcaGate’, meta l-klabb kien akkużat li kopra l-ħlasijiet magħmula lil kumpanija msejħa I3 Ventures, imqabbda biex tagħti spinta lid-dehra ta’ Bartomeu fuq il-midja soċjali.