Lokali

Charlie l-kelb tad-Dwana jaqbad €28,000 mhux dikjarati

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad is-somma ta’ aktar minn €28,000 fi flus kontanti mhux dikjarati.

Il-każ seħħ tul il-jum tal-Ħadd fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta meta l-kelb indika li passiġġier, ta’ nazzjonalità Maltija u Sirjana, li kien fi triqtu lejn Istanbul, fit-Turkija.

Sussegwentament saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fejn instabet is-somma ta’ €28,216.