Lokali

COVID-19: 175 każ ġdid f’pajjiżna; il-vittmi jitilgħu għal 316

Fl-ewwel xahrejn kienu 28,000 dawk li tlaqqmu b'mod sħiħ kontra l-Coronavirus

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna irreġistra 175 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan filwaqt li kellna fatalità oħra – mara ta’ 89 sena li mietet fl-Isptar St Thomas.

Din l-aħħar vittma ittella’ għal 316 it-total ta’ vittmi f’din is-sena ta’ pandemija.

Dawk li fiequ bejn ilbieraħ u llum ammontaw għal 216.

L-istess ċifri tal-Gvern jikkonfermaw li fl-ewwel xahrejn kienu 28,000 dawk li tlaqqmu b’mod sħiħ kontra l-Coronavirus f’pajjiżna.