Futbol Sport

Gowl fil-bidu jagħti rebħa minima lil Everton

(Ritratt: EPA)

Gowl fil-bidu kien biżżejjed għal Everton biex jegħlbu lil Southampton 1-0 biex b’hekk b’din ir-rebħa, fil-klassifika Everton telgħu fis-7 post bi 43 punt daqs Liverpool b’Southampton jibqgħu fl-14 il-post bi 30 punt. Wara biss disa’ minuti Everton marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Gylfi Sigurdsson kien RICHARLISON li għeleb lil Fraser Forster . B’Southampton jonqsu milli jwettqu reazzjoni fis-26 minuta Mason Holgate bir-ras xeħet lejn Michael Keane li għeleb lil Forster. Ir-referee Martin Atkinson ikkonsulta l-VAR u ħassar il-gowl minħabba offside. B’Southampton aktar fil-partita l-inizzjativa ta’ Everton sfumat bl-ewwel taqsima tintemm bil-vantaġġ bikri ta’ Richarlison. Riżultat li biħ intemmet il-partita minkejja li Southampton fit-tieni taqsima qasmu l-logħob mal-avversarji.