Lokali

“Ħu ħsieb il-ħaddiema tal-Qorti għax qed jaqgħu qishom dubbien”

L-Imħallef Francesco Depasquale dalgħodu ħa x-xoqqa f’moxtha meta kellu quddiemu lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u qabel ma ħareġ mill-awla qallu biex ‘jeħodlu ħsieb lill-ħaddiema tiegħu’.

“Ħudli ħsieb il-ħaddiema t’hawn għax qed jaqgħu qishom dubbien”. Hekk irrimarka l-imħallef lid-Deputat Prim Ministru hekk kif temm ix-xhieda tiegħu f’seduta oħra fil-kawża biex jinġiebu lura t-tliet sptarijiet tal-Maltin.

Depasquale ma ħalliex l-okkażjoni għaddejja u b’nofs tbissima indirizza lill-Ministru dwar is-sitwazzjoni fil-Qrati li jidher li qed teskala f’dawk li huma każijiet tal-virus.