Lokali

Id-Dwana taqbad għasafar mejta fil-posta

Matul l-aħħar ġimgħa ta’ Frar uffiċjali ta’ Dwana nterċettaw iġsma ta’ għasafar mejta li waslu Malta permezz tal-posta mir-Renju Unit.

Dan wara li l-Malta Post qamilha suspett fuq pakkett u sussegwentament meta nfetaħ quddiem uffiċjali tad-Dwana kif ukoll tal-Malta Post instabu għaxar għasafar mejta.

Intant uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi ġew msejħa sabiex jiġu identifikati l-għasafar u jipproċedu bl-investigazzjonijiet meħtieġa.