Lokali Parlament

Il-PN impenjat li jtejjeb il-liġi tad-divorzju biex titnaqqas it-tbatija għan-nies

Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech sostna li l-PN hu impenjat li jtejjeb il-liġi tad-divorzju biex titnaqqas it-tbatija għan-nies u biex il-bniedem ikunu fiċ-ċentru tal-politiku billi tkun eliminata kull diskriminazzjoni.

Fil-parlament il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li din il-liġi li temenda l-att dwar id-divorzju qed tgħaddi mhux għax il-Gvern qed iħoss il-weġgħat tan-nies iżda għax il-Prim Ministru qed jipprova jgaħti gambetta politika.

Hu qal li l-Prim Ministru qed iħares lura biss iżda l-pajjiż jixraqlu ħafna aħjar b’politiċi serji u maturi li jkunu jafu x’liġijiet qed iressqu; liġijiet bla difetti u kompluti u mhux b’miżura waħda għal erba’ snin.

Il-Kap tal-PN qal li jaqbel li l-perjodu ta’ erba’ snin jitneħħa għax hu ħadem u għex għal 25 sena ma kopji li jkunu għaddejjin minn diffukultà; maż-żmien tgħallimt mill-esperjenzi.

Hu kompla r-realtà hi li l-liġi tad-divorzju għandha tliet kundizzjonijiet; li jkun ilu erba’ snin seperat, li ma jkiunx hemm psosibbiltà ta’ rikonċiljazzjoni u ma jkunx hemm manteniment dovut. Bil-proposta tal-Gvern se titneħħa l-kwasola tal-erba’ snin imma dawn se jinżlu għal sitt xhur jew sena.

Din hi diskriminazzjoni għax hi bbażata fuq jekk il-koppji jiftehmux; għalhekk għandu jkun hemm perjodu wieħed ta’ sitt xhur. Din id-diskriminazzjoni se tagħti l-opportunità biex parti jew oħra jkollha l-possibbiltà li tuża’ s-sitt xhur biex tavvanza lejha. Jeħtieġ li din id-diskriminazzjoni titneħħa, sostna l-Kap tal-PN.

Din il-liġi ddaħħal ukoll ir-raba’ kundizzjoni li trid tkun separat; dan ifissier li issa jista’ jkun hemm iktar dewmien għaliex il-proċeduri ta’ separazzjoni jridu jkunu spiċċaw.

Hu appella biex isiru d-diskussjonijiet biex il-liġi tkun imtejba. Il-PN qed jipproponi li jkun hemm l-applikazzjoni għal separazzjoni u divorzju fl-istess ħin biex il-qrati ma jkollhomx proċeduri żejda.

Bernard Grech ppropona li l-mara tista’ awtomatikament, wara s-sepearazzjoni, tapplika biex tibdel kunjomha qabel tmur għad-divorzju. Is-soċjetà Maltija għadha waħda li titmexxa mill-irġiel fuq mudell ta’ kap li hu raġel, sostna Bernard Grech, li qal li din il-liġi saret ta’ malajr.

Il-Kap tal-PN ppropona wkoll proċeduri iktar sempliċi ta’ kif isssir l-applikazzjoni għad-divorzju biex b’hekk anki jkun imnaqqas id-dewmien fil-qrati b’effetti pożittivi fuq in-nies. Il-bniedem irid ikun fiċ-ċentru tal-politika u mhux il-gwadann tan-nies, sostna Bernard Grech, li kompla li appella lill-Gvern għal diskussjonijiet biex tittejjeb din il-liġi.

Hu tkellem dwar il-manteniment u qal li għandu jiddaħħal mekkaniżmu dwar kif timxi l-qorti flimkien mal-partijiet u l-avukati.

F’Malta m’hawnx gwida kif ikun kalkulat il-manteniment, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li hu tajjeb li jitnaqqas il-perjodu ta’ erba’ snin u jkun hemm biss il-perjodu ta’ sitt xhur. Għandha titneħħa wkoll il-kundizzjoni li l-koppji jkunu separati diġà, appella l-Kap tal-PN Bernard Grech.