Lokali

“Il-qarnita telgħet fuq l-art” – Repubblika

“Il-qarnita telgħet fuq l-art u ħakmitha, u rridu naqgħtulha subgħajha kolla”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-President tal-organizzazzjoni Repubblika Robert Aquilina fi protesta paċifika li saret quddiem il-Parlament it-Tnejn filgħaxija.

Il-protesta saret fl-isfond tal-aħħar żviluppi politiċi, bl-aħħar sebgħa li sirna nafu bih tkun Rosianne Cutajar li qalet li rriżenjat minn Segretarju Parlamentari temporanjament mhux b’rispett lejn pajjiżna u lejn il-poplu Malti, imma b’rispett lejn il-Labour.

Tul il-protesta mtella’ minn Repubblika u Occupy Justice, saret il-mistoqsija dwar kemm qed jaħdmu l-istituzzjonijiet. Jekk hux qed jaħdmu ma’ Keith Schembri, ma Konrad Mizzi, ma Chris Cardona, ma Brian Tonna u Karl Cini, ma Lawrence Cutajar u Silvio Valletta u ma dawk kollha li ssemmew fil-Qorti waqt l-inkjesta pubblika.

Il-protesta saret b’osservanza totali tal-miżuri, b’membri tal-organizzazzjonijiet jidhru jissanitizzaw is-siġġijiet li ntużaw minn dawk li attendew u li tpoġġew skont id-disntanzi mitluba mill-awtoritajiet.

Fi tmiem il-protesta saret projjezzjoni ta’ immaġni ta’ politiċi imdaħħla fl-iskandli li ħakmu lil pajjiżna fl-aħħar snin.