Illum fil-Qorti quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale se tkompli tinstema l-kawża miftuħa mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sabiex jerġgħu jinġiebu lura t-tliet sptarijiet tal-Maltin – Karen Grech, St Lukes u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fuq il-pedana tax-xhieda mistennji jitla’ jixhed id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
Din il-kawża nfetħet tliet snin ilu minn Adrian Delia. Il-bejgħ tal-isptarijiet mill-Gvern Laburista lill-kumpanija Vitals li ma kellha ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa kien mifni bi skandli sa mill-ewwel ġranet li tħabbar.
Mindu nfetħet il-kawża, il-Ministri u eks Ministri tal-Gvern ilkoll ħaslu jdejhom minn dan il-bejgħ, bl-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jgħid li ma kienx jaf bid-deal ta’ €100,000,000 tal-bejgħ tal-isptarijiet. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne minn naħa tiegħu qal li ma kienx involut fid-deal.
Wara li għal diversi drabi l-eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma telgħux jixhdu f’din il-kawża, meta fl-aħħar telgħu fuq il-pedana, Mizzi ma wieġeb għall-ebda domanda filwaqt li Muscat ikkonferma li kienet saret klawsola ta’ terminazzjoni ta’ somma ta’ €100 miljun bħala parti mill-ftehim ma’ Steward Health Care biex tiggarantixxi self bankarju.
//= $special ?>