Lokali

Imut missier il-President tas-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette

Is-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette tinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Joseph Grima, missier il-President tas-Soċjetà Jonathan Grima.

Joseph Grima miet fl-età ta’ 71 sena u kien miżżewweġ lil Rose; huma kellhom tifel wieħed lil Jonathan li llum jokkupa l-kariga ta’ President tas-Soċjetà Filamronica Nazionale La Valette.

Fil-karriera tiegħu Joseph Grima kien surġent tal-Pulizija u daħal fil-Korp ta’ 21 sena bin-numru 58.

Joseph Grima kien attiv fil-PN f’San Ġwann fejn kien magħrfu bħala ‘Tal-Ħobża’ u qabel il-PN kellu l-każin Nazzjonalista l-attivisti tal-Partit kienu jiltaqgħu fil-ħanut tiegħu.

Joseph Grima kien ukoll wieħed mill-aġenti tal-PN imsejħa ‘Tal-Ġakketta l-Blu’ fl-elezzjoni ġenerali tal-1981 fejn kien responsabbli mid-9 distrett elettorali fis-sala tal-għadd tal-voti.

Il-funeral ta’ Joseph Grima se jsir fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl għada t-Tlieta 2 ta’ Marzu fis-2 p.m.