Lokali

L-MDA tisħaq għal aktar trasparenza rigward il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Il-proċess li bih sid il-kera ser ikun qed jirċievi l-kumpens li ħaqqu għadu mhux ċar biżżejjed u hemm bżonn ta’ proċess aktar transparenti u konvenjenti.

Hekk sostniet l-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin wara il-wiegħdiet li għamel il-Gvern rigward l-anomaliji tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.

Filwaqt li l-MDA laqgħet l-ewwel inizjattiva tal-Gvern u saħqet li mhux daqstant faċli li wieħed jibbilanċja bejn it-talbiet tas-sidien u l-ħtiġijiet tal-inkwilini, hija nnotat li hemm diversi anomaliji li jeħtieġu jiġu indirizzati mill-aktar fis.

L-Assoċjazzjoni insistiet li l-proċess ta’ valutazzjoni tal-proprjetà għadu ma ġiex stabbilit kif ser ikun qed jiġi amministrat filwaqt li appellat, sabiex dan il-proċess jsir minn professjonisti fil-qasam…. kif ukoll li hemm bżonn li l-valur ikun riflessjoni tal-prezz tas-suq lokali attwali.

Dan filwaqt li l-MDA spjegat li l-means test, jiġifieri l-istħarriġ dwar il-qagħda finanzjarja tal-inkwilini sabiex jiġi determinat l-eliġibilità tagħhom għall-assistenza mill-Istat, għandu jsir bir-reqqa bil-għan li ma jkunx hemm abbuż.