Il-programm PROFILI tal-lejla se jkun qed jospita lill-eks Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi. Fost it-temi li se jkunu trattati għal dan l-episodju Lawrence Gonzi se jirrakonta l-bidu tal-involviment tiegħu fil-politika, ir-relazzjoni li kellhu ma’ zijuh l-Arċisqof Mikiel Gonzi, kif iltaqa’ ma’ martu Kate, it-tensjoni politika tas-snin 70 u 80 u l-ewwel irwoli maġġuri li ħaddan fil-politika.
Tul il-programm l-eks Prim Ministru se jirrakonta wkoll xi praspar li ġrawlu fiż-żgħożija.
Il-kisbiet kbar li wettaq Lawrence Gonzi tul ħajtu se joħoġru aktar fil-beraħ tul dan il-programm dan hekk kif minflok se nirrakontaw aħna dwar ħajjet il-Profil issa se jkun hu li għal dawn iż-żewġ proġrammi speċjali ta’ PROFILI, l-protagonista se jgħid tiegħu u jwieġeb id-domandi tagħna.
PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq NET TELEVISION.
//= $special ?>