Lokali Qorti Saħħa

“Kienu jsiru affarijiet minn wara dahri” – Chris Fearne

Quddiem l-Imħallef Francesco Depasquael, illum qed tkompli tinstema’ l-kawża li fetaħ tliet snin ilu l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jinġiebu lura it-tliet sptarijiet tal-Maltin, Karen Grech, St Lukes u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

LIVE – Agħfas ir-refresh button biex tibqa’ aġġornat

13:36 Fis-seduta li jmis se jkunu mħarrka l-Awtorita tal-Ippjanar u s-Segretarju tal-Kabinett

13:32 L-avukat Debono jagħmel punt aħħari minħabba diversi xhidiet kunflinġenti f’din il-kawza, jitolbu li s-segetarju tal-Kabinett jgħid kemm-il darba kien diskuss dal-kuntratt fil-Kabinett. Huwa jagħmel talba formali għal din l-informazzjoni Il-Qorti tistieden lir-rikorrent biex iħarrek lis-Segretarju tal-Kabinett biex jidher il-Qorti u jippreżenta tali informazzjoni

13:31 Dak kollox għal-lum. Is-seduta li jmiss fit-12 t’April fil-11.00am.

13:25 Qabel ma Chris Fearne telaq mill-awla, l-Imħallef jappella lill-Ministru tas-Saħħa biex jieħu ħsieb il-ħaddiema tal-Qorti ‘għax hawn qed jaqgħu qishom dubbien’

13:24 Tintemm hawn ix-xhieda tal-Ministru tas-Saħħa

13:23 Fearne: “Żgur li qatt ma kient diskussa fil-Kabinett klawżola ta’ terminazzjoni li tiswieh mitt miljun”

13:22 Chris Fearne jgħid li ma jiftakarx id-dettal kollu ta’ memo partiklari ħlief li jiftakar li saret diskussjoni li l-Gvern kien se jidħol hu biex jagħti garanzija għad-djun ta’ terzi.

13:19 Delia jistaqsi jekk il-materja ta’ dak id-dokument kienx preżentat. Fearne iwieġeb le. Mhux il-prassi li jiġu ppreżentati dokumenti sħaħ fil-Kabinett. Delia jistaqsi kienx diskuss il-kontenut tiegħu. “Ma niftakarx”.

13:18 Adrian Delia jistaqsi lill-Ministru tas-Saħħa jekk dokument li għaddielu kienx preżentat lill-Kabinett. Fearne skjett ‘le’

13:17 Chris Fearne jgħid li l-garanzija tal-Gvern kienet telgħet Kabinett u Mizzi baqa’ jżomm dejjem lil Projects Malta taħt idejh u allura dawn id-deals kienu jsiru taħt Projects Malta.

13:16 Adrian Delia jinsisti biexj istaqsi għalfejn Konrad Mizzi kien għadu qed jiffirma dawn il-kuntratti, jistaqsi kienx hemm ftehim ieħor marbut miegħu

13:14 Chris Fearne – “Dan il-ftehim kien ġie spjegat lilna fil-kabinett dwar il-garanzija li kien se jagħti l-Gvern” Ma jafx hux qabel sar il-ftehim jew wara

13:13 Delia jistaqsi : “Għalfejn kien jiffirma Konrad Mizzi fuq settur li hu ma kienx għadu responsabbli għalih?” “Ma nistax inwieġbek għax ma nafx”

13:12 Chris Fearne jgħid li meta kien sar Ministru tas-Saħħa kienu jsiru affarijiet li ma kienx ikun jaf bihom. Jikkonferma li Konrad Mizzi kien jiffirma kollox anke f’Awwissu tal-2019.

13:11 Adrian Delia jistaqsi jekk ir-rabtiet kuntrattwali sarux qabel żmienu. Chris Fearne jgħid “jien qatt ma ffirmajt kuntratti ma’ VGH”

13:11 Fearne jikkonferma li Projects Malta baqgħet dejjem f’idejn Konrad Mizzi.

13:09 Adrian Delia jerġa jistaqsi lil Chris Fearne meta sar jaf bl-ewwel MOU ma’ Vitals. Fearne jirrepeti li sar jaf bih mill-media.

13:08 Chris Fearne jgħid li l-Gvern ilu aktar minn sena jiddiskuti dwar din il-konċessjoni. Jgħid li l-konċessjoni hi li hi. Għaddejjin in-negozjati.

13:07 St Lukes u Karen Grech għadhom aktar lura fid-dettall dwar ix-xogħlijiet

13:05 Chris Fearne jgħid li ta’ St Lukes daħlet ukoll imma mhux fid-dettall

13:04 Mistoqsi dwar il-permessi, Chris Fearne jgħid li l-applikazzjonijiet saru madwar sena ilu. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet huma dwar l-istpar t’Għawdex.

13:04 Il-Qorti tgħid li m’għandhiex kopja ta’ dan l-MOU. L-Avukat Edward Debono jitlob kopja ta’ dan l-MOU. L-avukat ta’ Chris Fearne jinsisti li l-MOU ma kienx jorbot u li l-klijent tiegħu ma kienx jaqbel miegħu.

13:02 Chris Fearne jgħid li meta ħa f’idejh il-Ministeru hu, hu kien għamilha ċara ma’ Steward li ma jaqbilx miegħu.

13:01 “Steward għamlu xi talba lill-Gvern biex id-dħul tagħhom jiżdied?” Fearne jgħid li Steward qalu li kienu qed isibu diffikultà u allura mbagħad ġie ffirmat non binding MOU minn Konrad Mizzi

13:00 Adrian Delia jistaqsi jekk hemmx xi ftehim ieħor. Fearne jgħid li sa fejn jaf hu le.

12:59 Chris Fearne qed jiġi mistoqsi jekk il-ftehim mal-BOV ibiddilx il-ftehim li kien sar oriġinarjament. Jgħid li ma jistax iwieġeb għax ma jridx jippreġudika taħditiet li għaddejjin bħalissa ma’ Steward.

12:57 Delia jistaqsi dwar il-preżentazzjoni li saret fil-Kabinett dwar Vitals. Jistaqsi jekk il-Kabinett kienx ikkonsultat xi darba oħra. Fearne jgħid li side-letters ma jafx kienux preżentati. Jgħid li Konrad Mizzi ġieli tella’ xi memos oħrajn.

12:55 Adrian Delia jistaqsi lil Chris Fearne jekk meta nnegozja hu kienx qed jittratta l-materja tal-inabbliltà teknika ta’ Vitals, Fearne jgħid li VGH kienu ngaġġaw lil Harvard għal għajnuna teknika. Mistoqsi dan sarx wara pressjoni mill-Gvern Malti, Fearne qal li ma jistax jgħid li m’għamilx pressjoni.

12:53 Chris Fearne issa qed jiġi mistoqsi dwar l-esperjenza li kellhom Vitals fil-qasam tas-saħħa. Jgħid li l-firmatarji tal-kuntratt ma kellhomx għarfien fil-qasam tas-saħħa imma kellhom rabtiet ma’ Harvard.

12:52 Delia jistaqsi jekk dawn segtħux ma japplikaw qatt, jew jekk hemmx obbligazzjoni taz-zmien meta jiskadi l-perjodu għall-applikazzjoni. Fearne iwieġeb li mhux imniżżla fil-konċessjoni.

12:51 Delia jistaqsi jekk l-obbligazzjojijet ta’ Vitals kienux marbuta b’xi kundizzjoni partikolari. Fearne jgħid li t-timelines huma kkundizzjonata mal-ħruġ tal-permessi.

12:50 Fearne jikkonferma li St Lukes għadu kif kien.

12:48 L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista jgid li kellhom isiru aktar minn 400 sodda fl-Isptar t’Għawdex u 400 sodda f’Karin Grech u titjib f’St Lukes. Vitals kellhom jagħmlu l-investiment u mbagħad il-Gvern jibda jħallas għas-servizz. Fearne jispeċifika li sakemm ikun hemm il-binja, il-Gvern iħallas għas-servizz.

12:47 Jikkonferma li l-Gvern għamel tajjeb għad-dejn ta’ Vitals.

12:46 Il-Ministru tas-Saħħa jinsisti li dak iż-żmien il-parti finazjarja kienet f’idejn Projects Malta.

12:45 Adrian Delia jgħid li fl-accounts tal-Vitals tidher nefqa ta’ €15,000,000 li dawn tħallsu lura mill-Gvern Malti. Ix-xogħol sar minn kuntrattur Indjan. Fearne jgħid li ma jafx bihom.

12:45 Adrian Delia jistaqsi jekk twettaqx s’issa ix-xogħol li kellu jsir s’issa. Fearne jikkonferma li x-xogħol li kellu jsir ma sarx minħabba raġunijiet varji.

12:43 Chris Feanre jgħid li r-rapport tal-evalwazzjoni ta’ Vitals ma kienx rah.

12:42 Delia jispeċifika li Grixti kien fuq il-Bord tal-Għażla u għaldaqstant jerġa jistaqsi jekk kienx Grixti li kien qed jagħti d-direzzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-Gvern. Fearne iwiepeb ma nafx.

12:31 Adrian Delia jistaqsi allura min kien li ta d-direzzjoni fil-bidu tat-talba. Fearne jgħid li Charles Grixti ta’ Projects Malta kien qed jgħaddi din id-direzzjoni.

12:40 Jistqawi dwar meta ħarġet is-sejħa għall-offerti. Fearne iwieġeb li l-Kabinett ma kienx involut. Wara li ħareġ il-bidder, il-Ministeru kien involut dwar is-servizzi li jinħtieġu.

12:39 L-Avukat Debono itemm il-mistoqsijiet tiegħu. Jistaqsi issa Adrian Delia

12:38 Il-Ministru tas-Saħħa jgħid li l-pjan kien li l-isptar t’Għawdex kien se jitwaqqa parti minnu u jinbena biċċa oħra kif ukoll titjib. Partijiet minn St Lukes ukoll iridu jitwaqqgħu u jinbnew binjiet ġodda.

12:37 L-Imħallef jikkjarifika li l-masterplan ma jispeċifikax x’tip ta’ titjib jew refurbishment għandu jsir

12:37 L-Imħallef jistaqsi lil Chris Fearne jekk kienx involut fl-ewwel masterplan. Il-Ministru tas-Saħħa jgħid li le.

12:35 Edward Debono jistaqsi jekk dan il-masterplan tax-xogħolijiet kienx magħruf fil-bidu. Fearne jispjega li dan żviluppa maż-żmien.

12:33 Fearne jgħid li l-permessi biex isir l-upgrading għadhoma ma ħarġux u għaldaqstant kollox għadu on hold fit-tliet sptarijiet

12:30 L-avukat Edward Debono jistaqsi jekk illum li ma ntlaħqux il-milestone kif suppost, għandniex inkomplu nagħtu ż-żmien biex jintalħqu jew jekk għandniex neħduhom lura f’idejna l-isptarijiet

12:29 Fearne jgħid li kienu għaddejjin diskussjonijiet ma’ Konrad MIzzi u l-uffiċju tal-Prim Ministru fl-istess waqt li Steward kienu qed jiddiskutu miegħu

12:28 Jitkellem dwar ‘diskussjonijiet in parallel’ li ma kienx involut fihom

12:27 Depasquale jiċċara l-mistoqsija lil Chris Fearne. Fearne jerġa jirrepet li fwara l-elezzjon tal-2017 ma kienx kuntent bil-mod kif kienu sejrin l-affarijiet.

12:26 Mistoqsi dwar il-ftehim tal-mitt miljun garanzija mal-BOV għal-loan ta’ Stewart, Fearne jgħid li sar jaf bih wara li kien iffirmat. Kien jaf li se jsir il-ftehim qabel imma ma kienx jaf id-dettalji.

12:25 Chris Fearne jgħid li ma jafx jekk it-trasferiment tal-ishma tressaqx quddiem il-Kabinett. Ma jafx kienx jaf b’dan qabel ma filfatt sar.

12:24 L-avukat jerġa jistaqsi jekk il-milestones intlaħqux qabel kienu trasferiti l-ishma.

12:23 Jikkonferma li l-milestones li suppost inlaħqu ma ntlaħqux. L-avukat jitaqsi għalix sar it-trasferiment tal-ishma meta dan kien marbut mat-tlestija tal-isptarijiet. Fearne jikkontesta li x-xogħol kien marbut mal-milestones miftehma.

12:22 L-avukat jerġa jistaqsi l-istparijiet humiex lesti kif kellhom ikunu. Fearne jistieden lil min irid imur jara l-Univsersità ta’ Barts. Jgħid li dwar l-isptarijiet għadhom ma sarux ix-xogħlijiet imwegħda.

12:20 Jgħid li wara beda jingħata aktar każ tal-isptarijiet l-oħra. Jirrepeti li ma kienx kuntent bis-sitwazzjoni. “Preparajt memo li jew il-konċessjoi se tkun kollha f’idejn il-Ministru tas-Saħħa jew il-Ministeru ma kienx se jieħu responsabbilta tagħha. il-Memo kellha titla’ dakinhar li rriżenja Konrad Mizzi”.

12:19 Fearne: wara l-elezzjoni tal-2017 ma kontx kuntent kif kienu mexjin l-affarijiet. Barts kienu nervużi dwar it-timelines

12:19 Jgħid li kien hemm skrutinju ieħor dwar dak li hemm fil-kuntratt. Din kienet titmexxa minn Projects Malta

12:18 Fearne jgħid li l-istandards tas-Saħħa fl-isptar t’Għawdex tjiebu sew.

12:17 Debono jgħid li l-ftehim kellu fih diversi milestones imniżżla. Jistaqsi lill-MInistru jekk dawn intlaħqux. Fosthom li jitleseta St Lukes u Karen Grech u li jitjieb l-isptar t’Għawdex

12:16 Fearne jgħid li s-Segretarjat tas-Saħħa ma kienx involut. Talbu biss li s-servizz li se jingħata mil-bidder ikun wieħed tajjeb.

12:15 Debono jistaqsi jekk il-Ministeru tas-Saħħa kienx involut wara li saret is-sejħa. Fearne ifakkar li dakinhar il-Ministru tas-Saħħa kien Konrad Mizzi.

12:14 Fearne jgħid li kien jagħmel sens għax l-isptar St Lukes kien mitluq.

12:13 Debono jirreferi għal dak li ġara wara. Il-Kabinett tal-Ministri kien infurmat dwar il-kuntratt mal-Vitals? Fearne jgħid li jaf li kien hemm diskussjoni fil-Kabinett madankollu ma jiftakarx saritx qabel jew wara li sar magħruf il-bidder. Jgħid li l-mod kif ġie ppreżentat il-PPP ma’ Vitals kien jagħmel sens.

12:12 L-Imħallef jitlob kjarifika jekk Vella speċifikalux ma’ min kien dan l-MOU. Il-Ministru jgħid li le.

12:10 L-avukat Debono jistaqsi jekk l-MOU tkellimx dwaru ma’ Mario Vella. Il-Ministru jgid li Vella qallu li hija ħaġa normali li l-Malta Enterpise tiffirma MOUs ta’ dan it-tip

12:09 Fearne jgħid li kien staqsa lill-Ministru Mizzi dwar l-MOU li qallu li ma kienx jaf bih lanqas. Intant fl’laqgħa fl-uffiċju ta’ Keith Schembri, kien intqalu li l-MOU kien ġie rescinded

12:08 “Kont taf bl-MOU iffirmat minn Chris Cardona dwar id-deal tal-Vitals?” Feanre iwieġeb li lanqas kien jaf li jeżisti u sar jaf dwaru biss mill-media. Mhux ċert kienx hemm mistoqsija Parlamentari dwaru

12:07 L-avukat Edward Debono jibda bil-mistoqsijiet tiegħu. Jistaqsi lil Chris Fearne meta nħatar Segretarju Parlamentari tas-Saħħa u sussegwentement Ministru tas-Saħħa

12:07 Jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda Chris Fearne, Ministru tas-Saħħa, li jieħu l-ġurament

12:04 Qed jiġu diskussi mazz kbir ta’ dokumenti li ġew preżentati lis-sede.

12:03 Għadu mhux fl-awla l-Avukat tal-Istat

12:02 L-Imħallef Depasquale jinsab f-awla kif ukoll jinsabu fl-awla Adrian Delia u Chris Fearne.

12:00 Ninsabu fl-awla numru 15 fejn minn hawn u ftit tal-ħin ieħor se tissokta l-kawża miftuħa minn Adrian Delia. Illum mistenni jixhed id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.