Lokali

“Irid jitneħħa kull xkiel li jżomm lill-mara milli twettaq l-aspirazzjonijiet tagħha” – Bernard Grech

Il-Partit Nazzjonalsita huwa kommess li joħloq opporutnitajiet ġodda sabiex kulħadd ikun jista’ jimxi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu. Dan filwaqt li għandu jitneħħa kull xkiel li jzomm lill-mara milli twettaq l-aspirazzjonijiet tagħha.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tlieta filgħodu żar lill-kumpanija V-Squared Media; kumpanija li l-maġġoranza tal-ħaddiema tagħha huma nisa.

Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ minn Martina Zammit u Rachel Cachia li jmexxu din il-kumpanija – kumpanija li tieħu ħsieb il-produzzjoni ta’ diversi programmi televiżivi kif ukoll produzzjonijiet oħra.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech faħħar il-ħidma tan-nisa fis-soċjetà tagħna u saħaq li l-PN se jibqa’ jaħdem sabiex il-mara twettaq l-aspirazzjonijiet tagħha.

Bernard Grech qal li hu d-dmir tal-politiċi li jaraw l-opportunitajiet li jeżistu …u jagħtu l-għajnuna kollha tagħhom lil kumpaniji bħal dawn.

Preżenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm id-Deputat Kristy Debono, il-President tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalsita Graziella Attard Previ, kif ukoll il-membri tal-MNPN Janice Chetcuti u Marie Claire Zammit.