Internazzjonali

Belarus: Sitt xhur ħabs għal ġurnalista li kixfet il-qerq tal-Gvern

FILE PHOTO: Journalist Katerina Borisevich reacts inside a defendants' cage during a court hearing in Minsk, Belarus February 19, 2021.Ramil Nasibulin/BelTA/Handout via REUTERS

Qorti fil-Belarus ikkundannat ġurnalista għal sitt xhur ħabs talli żvelat xi sigrieti mediċi ‘sensittivi’. Is-sentenza għal Katerina Borisevich kienet ikkonfermata wara li hi kkontradiet l-istqarrijiet uffiċjali dwar il-qtil ta’ dimostrant li l-awtoritajiet iddikjarawh ‘fi stat xurban qabel mewtu’.

Borisevich irrappurtat li ‘ma kien hemm l-ebda alkoħol’ fil-ġisem tal-vittma – Roman Bondarenko — meta l-każ ta’ Bondarenko sar ‘simbolu’ għad-dimostranti fl-aħħar protesti tal-massa kontra l-President tal-Belarus, Alexander Lukashenko. Intant, it-tabib li għadda r-rapport mediku ta’ Bondarenko lill-ġurnalista ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża.

Lukashenko, fl-aħħar xhur, ma żammx lura milli juża l-ponn tal-ħadid mad-dimostranti u l-Gvern tiegħu, issa, qed jallega li ‘l-informazzjoni partikulari li ħarġet dwar Bondarenko qed timponi theddida għas-sigurtà pubblika.’