Lokali

Bernard Grech f’laqgħa mal-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta

Malta u ċ-Ċina ilhom għal snin twal igawdu relazzjoni tajba bejniethom. Dan għaliex it-tnejn għandhom interessi komuni għal qalbhom… dawk li jbiddlu d-dinja għall-aħjar.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tlieta waranofsinhar kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Ciniz għal Malta Yu Duhai fid-Dar Ċentrali.

Bernard Grech fakkar kif fi żmien Gvern Nazzjonalista, iż-żewġ pajjiżi ħarsu lejn xulxin b’rispett, filwaqt li tkellem fuq l-importanza li dawn il-pajjiżi jkomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom.

Saħaq li huwa importanti li l-Ewropej iħarsu lejn il-mod ta’ kif pajjiż ta’ importanza kbira bħaċ-Ċina, qed jaħdem sabiex ibiddel lid-dinja għall-aħjar.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta  qal li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Partit fl-Oppożizzjoni għax l-Oppoiżizzjoni hija l-Gvern alternattiv. Ghal din il-laqgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretaru Internazzjonali tal-Partit Roselyn Borg Knight.