Futbol Sport

Birkirkara fir-round li jmiss b’rebħa fuq Għajnsielem

(Ritratt: Martin Agius)

Għajnsielem………………………1

Birkirkara………………………….4

Għajnsielem: A. Parnis, K. Borg, K. Grima, S. Martinez, A. Agyeman, K. Farrugia, A. Xuereb, G. Vella, R. Buttigieg, J. Valencia, I. Nedeljkovic

Birkirkara: A. Guarnone, C. Attard, F. Verde, E. Pepe, K. Zammit, C. Bonanni, O. Carniello, Y. Yankam, C. Prado, P. Mbong, L. Montebello

Referee: F. Zammit

Assitenti referees: J. Muscat, D. Stankovic

Tliet gowls fi tlettax il-minuta fl-aħħar fażi tal-ewwel taqsima kienu biżżejjed għal Birkirkara biex fetħu vantaġġ komdu. Birkirkara kellhom iċ-ċans li jmorru fil-vantaġġ kmieni fil-partita iżda minn penalty, Caio Prado ra lil Adrian Parnis isalva b’mod tajjeb. Fis-27 minuta kien Kurt Zammit li għeleb lil Adrian Parnis b’Birkirkara fil-vantaġġ. B’Għajnsielem jonqsu milli jwettqu reazzjoni fis-36 minuta kien Enrico Pepe li mill-ġdid għeleb lil Parnis għat 2–0.

Fl-40 minuta kien Paul Mbong li skorja t-tielet gowl għal Birkirkara – riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, waslet reazzjoni minn Għajnsielem l-aktar wara li Igor Nedeljkovic fit-53 minuta bir-ras għeleb lil Alessandro Guarnone għat-3–1. Madankollu fis-87 minuta l-iskor sar 4–1 b’gowl għal Birkirkara minn Henrique Caio Prado . Riżultat li biħ intemmet il-partita.