Lokali

“Bqajt mingħajr mediċina u sadanittant saħħti baqgħet sejra lura” – Mandy Vella

“Ħajti qegħed tiġi ttimbrata bi prezz, il-bibien ta’ l-awtoritajiet kollha magħluqin. It-talba tiegħi għall-unika mediċina li tista issalvali ħajti u ħajjet dawk il-Maltin kollha li jbatu mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis qegħda tkun miċħuda”…. Stqarret dan Mandy Vella permezz ta’ post fuq facebook.

Issa stqarret li f’Novembru li għadda kellha laqgħa mal-Prim Ministru fejn stqarret miegħu li l-mediċina li tista issalvalha ħajjitha tiswa ammont sostanzjali li la hiu lanqas l-familjari tiegħha ma jifilħu jixtruha. Id-diskors tagħha kien ċar – “Din il-mediċina biss lili tista ssalvali ħajti”.

Kompliet tgħid li ilha tirsisti mill-2018 biex hekk kif l-mediċina tiġi approvata fl-UE tiġi Malta wkoll, kif qiegħed jiġri f’pajjiżi oħra. F’Awissu tal-2020 il-mediċina ġiet approvata mill-UE u hi kompliet tirsisti. Bdiet billi tkellmet ma’ Ministri konċernati pero’ għalkemm wegħduha “Jiena bqajt mingħajr il-medicina”.

Wara diversi laqgħat , sfortunatament, hija baqgħet mingħajr risposta, mingħajr mediċina u sadanittant saħħitha baqgħet sejra lura. Dan ifisser li f’awwissu 2020, il-bord tal-mediċina ta’ Malta seta’ japprova din l-mediċina minnufih la darba ġiet aprovata mhux biss mill-NHS iżda fl-UE ukoll.

Mandy kompliet tisħaq li seba’ xhur ta’ stennija minn persuna b’kundizzjoni progressiva bħalma hi Cystic Fibrosis huma xhur li jikkawżaw ħsara irreparabbli fil-ġisem. Hija reġgħet għamlet kuntatt ma’ Robert Abela u qalilha sabiex titlob għal għajnuna mingħand il-Malta Community Chest Fund – marret, applikat u telgħu t-talba tagħha bord. Nhar it-Tlieta, 19 ta’ Jannar 2021 tawha risposta, fejn qalulha li l-medicina hija ta ammont sostanzjali u minħabba li hija mediċina dejjiema għanda tkun immnizla fuq l-formola tal Gvern.

S’issa, Mandy għadha mingħajr risposta, mediċina, u saħħitha sejra lura. Saħqet li “qegħda inħossni niġi abbużata mentalment u emmozjonalment mill-awtoritajiet, hekk kif wkoll filwaqt li nibqa nistenna, nibqa nikkawza ħsara għal saħħti. Kuljum qalbi imtertqa nistenna biex forsi nieħu risposta pożittiva. X’inhi l-veru problema f’dan ir-rigward? Jiena nixtieq risposta qabel ma jkun tard wisq. Lilna min ħa jiddefendina? Min ħa jidħol għalina u għall-familjari tagħna?”