Sport Sport Ieħor

Brian Galea jirbaħ l-MSSF Competition fid-dixxiplina tat-Trap

Brian Galea rebaħ l-MSSF Competition fid-dixxiplina Trap li saret fi tmiem il-ġimgħa. Chris Vella ġie fit-tieni post, filwaqt li James Galea Jr. spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.

Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges ġewwa Ta’ Kandja, u ttellgħet il-Ħadd, fuq 50 plattina, bl-ewwel tnax-il tiratur ikomplu jisparaw 50 plattina oħra, segwiti mill-Finali.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: James Galea Jr. b’total ta’ 96/100; Brian Galea 93/100; Jason Magri 91/100; Chris Vella 89/100 +5 shoot off; James Galea Dr. 89/100 +4 shoot off; u Nico Sciberras 89/100 +2 Shoot off.

Ir-riżultati uffiċċjali wara l-Finali kienu: Brian Galea 46/50, Christopher Vella 45/50, James Galea Jr. 34/40, Jason Magri 27/35, Nico Sciberras 24/35, James Galea Dr. 18/25

MARPSC 10m Air Pistol – Bezzina tirbaħ l-għaxar kompetizzjoni mill-League Nazzjonali 2021

Nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, organiżża l-għaxar kompetizzjoni mill-League Nazzjonali 2020-2021 fid-dixxiplina tal-10m Air Pistol, fil-Larry Vella Indoor Range ġewwa l-Bidnija. It-Tiraturi kellhom jisparaw 6 settijiet ta’ 10 tiri, għal total ta’ 60 tir kull wieħed, f’massimu ta’ sigħa  u kwart.

Air Pistol Event

Fil-kwalifikazzjoni, Eleonor Bezzina spiċċat fl-ewwel post b’total ta’ 570 minn 600 punt, segwita minn Raymond Cacciattolo b’537 punt, u Neil Briffa b’515.

Fil-finali, Eleonor żammet ir-ritmu u baqgħet fl-ewwel post biex rebħet il-kompetizzjoni b’total ta’ 235.2. Neil Briffa, għall-ewwel darba fuq il-podium, ġie fit-tieni post, waqt li Raymond Cacciattolo spiċċa fit-tielet post. Il-kompetizzjoni li jmiss, se tittella’ nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu 2021 fit-3pm.