Lokali

Dwar il-Covid-19 “qed inġibu r-riżultati”

Jannar tibda triq normalita“. Din kienet il-weghda tal-Prim Ministru fil-bidu tas-sena. Izda issa li ghaddew xahrejn…ir-realta’ hija xort’ohra – rekord wara l-iehor ta’ kazi godda – kwazi 3,000 kaz attiv f’pajjizna – aktar minn 1,260 każ fl-aħħar hamest ijiem.

Izda il-membri tal-Kabinett qed ihossuhom skomdi jirrepetu din il-pozizzjoni tal-Prim Ministru….bil-Ministru Michael Falzon jghidilna biss li qed ingibu r-rizultati, u Owen Bonnici jghidilna li n-nies iridu jikkoperaw.

Il-Ministru Falzon wera ukoll illi mhux lest jintrabat jghid dwar meta se nirritornaw ghan-normalita’ li wieghed Robert Abela.

…bil-frazi “business as usual sa Mejju” donnha qed tipprova tinheba ghal kollox, biex forsi in-nies jinsewha.