Futbol Sport

Gżira jegħlbu lil Tarxien wara l-ħin barrani

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Gżira United…………………….4

Tarxien Rainbows…………….2

Gżira U.: A. Curmi, G. Mentz, S. Borg, M. Davis (B. atajic 61′), N. Portelli (D. Xuereb 69′), S. Maxuell (A. Scicluna 116′), J. Mendonza (S. Pisani 69′), R. Correa, S. Borg, J. de Assis (K. Pulo 111′)

Tarxien R.: D. Fernandes, F. Conceicao (D. Tabone 106′), D. Falzon, V. Plut, S. Rosado, L. Sciberras, E. Ssekisambu (M. Spiteri 82′), K. Gatt (C. Zahra 103′), M. Tabone (K. Attard 91′), R. Kooh Sohna (J. Debono 74′), C. Escobar

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti referees: E. Spiteri, R. Vella

F’partita pjaċevoli li pprovdiet sitt gowls, Gżira kellhom jistennew sal-ħin barrani biex għaddew mit-tieni rawnd. Wara biss żewġ minuti RAFAEL KOOH SOHNA għeleb lil Anthony Curmi b’Tarxien fil-vantaġġ. Minkejja reazzjoni minn Gżira, sekondi minn tmiem l-ewwel taqsima, minn corner kien VITO PLUT li għamel l-iskor 2–0 għal Tarxien.

It-tieni taqsima kienet storja oħra. Fil-71 minuta BAHRUDIN ATAJIC għeleb lil Daniel Fernandes biex naqqas l-iskor għal Gzira. Kibret il-pressjoni minn Gżira li fis-86 minuta permezz ta’ NICKY MUSCAT għamlu l-iskor 2–2 bil-partita tmur fil-ħin barrani. Wara biss sitt minuti kien RICARDO CORREA li mill-gdid għeleb lil Fernandes u fid-99 minuta Gżira United għalqu l-partita bl-aħħar gowl tal-ġurnata skurjat minn MAXUELLSAMURAI DA SILVA.