Coronavirus Lokali Saħħa

“Huwa evidenti li l-miżuri preżenti u l-infurzar qed ifallu” – MUMN

In-numri għoljin ta’ każi pożittivi li qed jirreġistra ta’ kuljum pajjiżna qed iħalli impatt negattiv kbir fuq il-ħidma fl-Isptar Mater Dei. Dan qed iħalli wkoll impatt kbir fuq is-sitwazzjoni ekonomija ta’ pajjiżna.

Dan huwa t-tħassib tal-MUMN fejn fi stqarrija qalet li quddiem ta’ dan kollu huwa evidenti li l-miżuri preżenti u l-infurzar qed ifallu.

L-MUMN qalet li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ għaddejja għax l-Isptar Mater Dei jinsab fi stat ta’ kollass bi kważi sodod kollha mimlijin. Dan minbarra l-fatt li din is-sitwazzjoni se twassal biex pajjiża jitpoġġa fil-lista l-ħamra b’detriment għas-settur turitiku li se jispiċċa jdum ħafna biex jerġa’ jirkupra.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-MUMN qed titlob biex immedjatament issir laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela sabiex issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti u jidħlu fis-seħħ miżuri u infurzar ġodda. Dan biex immedjatament jibdew jonqsu l-każijiet ġodda pożittivi.