Futbol Sport

Il-21 rebħa konsekuttiva għal Manchester City

(Ritratt: EPA)

Manchester City kisbu l-21 rebħa konsekuttiva hekk kif bl-aktar mod konvinċenti għelbu lil Wolves 4-1 u b’hekk, aktar minn qabel Manchester City komplew bir-ritmu pożittiv biex b’din ir-rebħa fetħu distakk ta’ ħmistax il-punt fuq Manchester United. Wara kwarta logħob, Manchester City marru fil-vantaġġ. Minn cross ta’ Riyad Mahrez, autogowl minn LEANDER DENDONCKER li għeleb lil sieħbu Rui Patricio. B’Wolves jonqsu milli jwettqu reazzjoni, kostretti wkoll jiddefendu l-offensiva avversarja, fl-44 minuta minn azzjoni ta’ Mahrez, Aymeric Laporte għeleb lil Patricio. Ir-referee Chris Kavanagh ħassar il-gowl wara li kkonsulta l-VAR minħabba offside.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess bid-differenza li fil-61 minuta Wolves ġabu l-iskor 1–1 . Freekick ta’ Joao Moutinho b’ CONOR COADY bir-ras għeleb lil Ederson Moraes. L-iskor rega’ nbidel fit-80 minuta. Minn cross ta’ Kyle Wlker, Coady seta’ kklerja aħjar approfitta GABRIEL JESUS li x-xutt tiegħu għeleb lil Rui Patricio għat 2–1. Fid-90 minuta kien RIYAD MAHREZ li għamel l-iskor 3–1 sabiex fit-tielet minuta tal-ħin miżjud minn azzjoni ta’ Gundogan, Patricio salva bla ma zamm b’ GABRIEL JESUS jiskorja għall-4–1 gowl li kien ikkonvalidat bil-VAR.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Man City v Wolves 4-1 Għada: Burnley v Leicester 7.00pm, Sheff. Utd v Aston Villa 7.00pm, C. Palace v Man Utd. 9.15pm Il-Ħamis: Fulham v Tottenham 7.00pm, WBA v Everton 7.00pm, Liverpool v Chelsea 9.15pm