Lokali Saħħa

Il-Ministru Fearne ma jistedinx lill-media għal inawgurazzjoni ta’ Ċentru tas-Saħħa

F’jum fejn il-Gżejjer Maltin raw ammont rekord ta’ 336 każ ġdid ta’ Covid-19 u żieda ta’ ‘il fuq minn 200 każ attiv f’temp ta’ 24 siegħa, il-Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne ddeċieda li jaħrab għal kollox mid-domandi tal-ġurnalisti.

Tant hu hekk li tul il-jum tat-Tlieta, il-media lokali ma kienetx mistiedna għal inawgurazzjoni ta’ Ċentru tas-Saħħa ġdid fil-Gudja, fejn flimkien mas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, Chris Fearne inawgurah.

Dan l-aġir ikompli jqajjem diversi domandi fejn filwaqt li fl-aħħar disat ijiem il-Gżejjer Maltin raw 2,101 każ ġdid tal-virus – kawża ankè kif ġie spjegat mill-esperti mediċi tal-firxa lokali tal-varjant – Chris Fearne issa bħal donnu qed jiddeċiedi li jaħrab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.