Lokali

“Il-PN qed joffri futur aħjar” – Bernard Grech

“Irridu lkoll fimkien nelevaw ruħna u naraw tassew x’inhu -aħjar. Illum il-poplu qed jgħejja. Illum tisma’ iktar u iktar nies jgħidu aħjar nagħmlu llum biex is-sitwazzjoni terġa’ tiġi taħt kontroll. Sfortunatament, il-Prim Ministru ma jridx jisma’. Ħa nibqa’ n appella. U għalhekk in-nies qed tibqa’ tħares lejn il-Partit Nazzjonalista. Għalhekk aħna qed noffru paġna ġdida, paġna ġdida li toffri mhux biss tagħti kas is-saħħa tiegħek, il-futur u l-pariri. Jekk ma nkunux kapaċi nagħtu kas li jgħidulna n-nies, inkunu fallejna.”

Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonaslita Bernard Grech fid-dawl tal-aħħar numri xokkanti ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna.

Waqt il-program Newsroom fuq Net TV, Bernard Grech kien mistoqsi dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija, meta l-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed li minn Marzu l-ekonomija tibda tirpirja u minn Mejju naħarbu niġru.

Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward tar-roll-out tal-vaċċin.

Il-Kap tal-PN appella lill-Gvern biex ikun iktar ċar fil-pjan li għandu għar-ritorn lura għan-normalità wara l-pandemija. Dan għaliex persuni nvoluti fin-negozju jridu jibdew jippjanaw u ma jistgħux jagħmlu dan mil-lum għal għada.

Tul din l-intervista, Bernard Grech kien mistoqsi fuq diversi temi kurrenti fosthom l-aħħar żviluppi b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u r-riżenja temporanja ta’ Rosianne Cutajar mill-Kabinett.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-proposti li qed ikompli joħroġ il-Partit Nazzjonalista; proposti f’diversi setturi differenti, li qed jintlaqgħu tajjeb mill-poplu kollu għaliex ser jagħmlu l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin aħjar.

Bernard Grech wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ joħroġ b’aktar proposti li verament jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies.